Bħala parti mill-inizjattivi biex jinħolqu riżorsi edukattivi animati bil-Malti, id-Dipartiment tal-Malti jixtieq jgħarraf lill-għalliema tal-primarja li fis-sit elettroniku https://malti.skola.edu.mt ittellgħu għadd ta’ riżorsi marbuta mal-filmati animati tas-sensiela popolari Id-Denfil.
Dawn il-filmati, barra li jistgħu jintużaw għal skop ta’ rikreazzjoni u divertiment, għandhom iservu wkoll bħala riżorsa għat-taħriġ tal-istudenti f’għadd ta’ ħiliet fil-Malti. Għalhekk inħolqu kampjuni ta’ riżorsi u qed jingħataw ideatu suġġerimenti kif l-għalliema jistgħu jużaw dawn il-filmati animatifil-lezzjonijiet tagħhom biex jgħinu lill-istudenti jilħqu għadd ta’ kisbiet differenti tal-Malti skont is-sillabi tar-4 u 5 sena tal-primarja.
