L-Edukazzjoni F’Malta Tikseb Riżultati Sbieħ Fi Studju Internazzjonali Fix-Xejriet Tal-Matematika U X-Xjenza

TIMSS, Trends in International Mathematics and Science Study, huwa studju internazzjonali komparattiv fil-kisbiet fil-matematika u fix-xjenza fost il-parteċipanti bl-iskop li jinforma lura t-tagħlim. Dan isir mill-IEA (International Association for the Evaluation of Educational Achievement). Malta ħadet sehem ma’ 57 pajjiż ieħor.

Continue reading

Is-Servizz Pubbliku Jiċċelebra il-Jum Dinji tat-Tfal b’Kompetizzjoni

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tat-Tfal iċċelebrat mill-UNESCO, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni qed iniedi kompetizzjoni għall-istudenti tal-iskejjel primarji li qegħdin fir-raba’, fil-ħames u fis-sitt sena, bit-tema ‘X’tixtieq issir la tikber?’

L-għan ta’ din il-kompetizzjoni huwa li t-tfal minn età żgħira jibdew jaħsbu fuq l-aspirazzjonijiet tagħhom, isiru konxji tal-karrieri diversi li joffri s-Servizz Pubbliku u jirriflettu fuq il-potenzjal tagħhom għall-futur. Dan fid-dawl tal-fatt li kull min jixtieq jagħmel differenza fis-soċjetà tagħna għandu jfittex karriera fis-Servizz Pubbliku.

Continue reading

Important Notice about Changes in iLearn Login

The Information Management Unit (IMU) within the Ministry for Education has advised that Fronter will be discontinued in December.

To access Microsoft services, that include Email, MySchool, Teams, OneDrive, Provision Map, Literacy Pro, etc., Educators nwill need to start using the Microsoft authentication instead of the Fronter authentication.

Staff are advised that they need to acces myapps.microsoft.com by not later than the 10th December. A personal email and/or mobile number, if requested, must be provided so as to enable the self-service password reset.

The Fronter Login will not be available beyond this date.

Step-by-step instructions can be accessed here:

Instructions to access mypass.microsoft.com

How our Educators view teaching and learning during the Covid-19 Pandemic

Ms. Denise Buckingham, an educator at St. Nicholas College, Rabat Primary School, talks about the challenges faced by educators and students during the time of the Covid-19 pandemic. She stresses that the communication channels between the school, staff, parents and children were very efficient and that all the stakeholders are showing mutual respect towards each other. This, in turn, is helping everyone to feel safe in the knowledge that all possible precautions are not only being taken but also adhered to by everyone.

Watch Ms. Buckingham being interviewed by the head of school, Ms. Antonella Ferrante. For more videos and information, visit St. Nicholas College Malta’s YouTube Channel and Facebook Page.

Lura l-iskola fi żmien ta’pandemija: Kif qed iħossuwhom l-Edukaturi ?

Is-Sinjura Maria Teresa Zammit, Edukatriċi fi ħdan il-Kulleġġ San Nikola, Skola Primarja Rabat, titkellem dwar kif ħasset hi stess in-nuqqas tat-tfal u kemm qed tħossha sigura issa li reġaw fetħu l-iskejjel.

Ikklikja fuq il-vidjow t’hawn taħt sabiex issegwi l-intervista flimkien mal-Kap tal-Iskola, is-sinjura Antonella Ferrante. Żur il-kanal tagħna fuq YouTube għal aktar vidjows mill-Kulleġġ San Nikola fuq: San Nikola YouTube Channel.

“It-tfal aktar kuntenti issa li reġgħu daħlu l-iskola” – Appell minn ġenitur u edukatriċi fi ħdan il-Kulleġġ San Nikola

Charlene Xerri, edukatriċi u ġenitur, titkellem mal-Kap tal-Iskola tar-Rabat fi ħdan il-kulleġġ San Nikola, b’appell għall-ġenituri sabiex ma jħallux il-biża’ żżommhom milli jagħtu iċ-ċans sabiex it-tfal jirċievu edukazzjoni ħolistika fl-iskola.

Ara l-intervista li saret flimkien mal-Kap tal-Iskola, is-Sinjura Antonella Ferrante:

Seġwu il-kanal tal-Kulleġġ San Nikola fuq YouTube, fejn ser inkunu qed intellaw aktar vidjows b’messaġġi ta’tama mingħand Ġenituri, Tfal u Edukaturi:

YouTube Channel – St. Nicholas College, Malta

Appell mill-Ġenituri tal-Kulleġġ San Nikola, Skola Primarja Rabat: Tibżawx tibgħatu lit-tfal l-iskola

Il-Kap tal-iskloa Primarja tar-Rabat fi ħdan il-Kulleġġ San Nikola, is-Sa. Antonella Ferrante, intervistat żewġ ġenituri li it-tfal tagħhom jattendu f’din l-iskola. Dawn il-ġenituri urew l-apprezzament tagħhom għall-mod kif qed timxi l-iskola waqt il-pandemija tal-Covid-19 u ħeġġew lill-ġenituri u l-gwardjani li għadhom inċerti jekk jibgħatux lit-tfal tagħhom l-iskola sabiex huma wkoll iħallu lil uliedhom jattendu.