Linji gwida għal użu kurrikulari tal-filmati animati Id-Denfil

Bħala parti mill-inizjattivi biex jinħolqu riżorsi edukattivi animati bil-Malti, id-Dipartiment tal-Malti jixtieq jgħarraf lill-għalliema tal-primarja li fis-sit elettroniku https://malti.skola.edu.mt ittellgħu għadd ta’ riżorsi marbuta mal-filmati animati tas-sensiela popolari Id-Denfil.

Dawn il-filmati, barra li jistgħu jintużaw għal skop ta’ rikreazzjoni u divertiment, għandhom iservu wkoll bħala riżorsa għat-taħriġ tal-istudenti f’għadd ta’ ħiliet fil-Malti. Għalhekk inħolqu kampjuni ta’ riżorsi u qed jingħataw ideatu suġġerimenti kif l-għalliema jistgħu jużaw dawn il-filmati animatifil-lezzjonijiet tagħhom biex jgħinu lill-istudenti jilħqu għadd ta’ kisbiet differenti tal-Malti skont is-sillabi tar-4 u 5 sena tal-primarja.

Dawn ir-riżorsi jistgħu jitniżżlu u jintużaw kif inhuma jew addattati skont il-ħtiġijiet tal-klassi. Filwaqt li nħeġġu lill-għalliema biex jużaw dawn ir-riżorsi, napprezzawjekk hemm għalliema li għandhom xi riżorsi oħra li jixtiequ jgħaddulna biex jittellgħu fl-imsemmi sit, jistgħu jagħmlu dan billi jiktbu lill-Uffiċjal Edukattivtal-Malti inkarigat mill-kulleġġ tagħhom. L-indirizzi elettroniċi tal-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti jinstabu fil-paġna ewlenija tas-sit imsemmi. Nixtiequ nirringrazzjaw lis-Sur Chris Spiteri u Turi Productions, li bl-għajnuna tal-Kunsill Malti tal-Arti, animaw dawn l-istejjer u lil Josette Baldacchino, għalliema tar-riżorsi tal-Malti fid-Dipartiment tal-Kurrikulu, MEYR, li ħolqot ir-riżorsi edukattivi.