
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol taħt id-direzzjoni tal-Gvern ħa l-miżura preventiva billi l-istituzzjonijiet edukattivi miċ-Childcare centres sal-istituzzjonijiet terzjarji bħall-Università ta’ Malta u l-MCAST ser ikunu qed jingħalqu minn għada l-Ġimgħa, 13 ta’ Marzu sal-Ġimgħa, 20 ta’ Marzu 2020. Dawn mhumiex jiem ta’ vaganzi u l-Ministeru jibqa’ jħeġġeġ lill-istudenti biex jibqgħu jaqraw u jistudjaw, waqt li jirringrazzja lill-gradi kollha tal-għalliema għas-sehem li ser ikunu qed jagħtu. Continue reading







