Is-Servizz Pubbliku Jiċċelebra il-Jum Dinji tat-Tfal b’Kompetizzjoni

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tat-Tfal iċċelebrat mill-UNESCO, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni qed iniedi kompetizzjoni għall-istudenti tal-iskejjel primarji li qegħdin fir-raba’, fil-ħames u fis-sitt sena, bit-tema ‘X’tixtieq issir la tikber?’

L-għan ta’ din il-kompetizzjoni huwa li t-tfal minn età żgħira jibdew jaħsbu fuq l-aspirazzjonijiet tagħhom, isiru konxji tal-karrieri diversi li joffri s-Servizz Pubbliku u jirriflettu fuq il-potenzjal tagħhom għall-futur. Dan fid-dawl tal-fatt li kull min jixtieq jagħmel differenza fis-soċjetà tagħna għandu jfittex karriera fis-Servizz Pubbliku.

Continue reading