Messaġġ Mill-Ministru tal-Edukazzjoni Dr. Owen Bonniċi Dwar l-Għeluq tal-Iskejjel

Featured

Screen Shot 2020-03-18 at 10.29.17

Matul il-konferenza tal-aħbarijiet li saret nhar it-12 ta’ Marzu, 2020 kien tħabbar li l-iskejjel, childcare centres, kif ukoll l-istituzzjonijiet edukattivi kollha kienu se jagħlqu temporanjament b’effett mill-għada 13 ta’ Marzu 2020 sal-Ġimgħa 20 ta’ Marzu, 2020 bħala miżura ta’ prekawzjoni kontra t-tixrid tal-COVID-19. Dakinhar kien intqal ukoll li l-Gvern kien se jagħmel pronunzjamenti oħra f’din il-ġimgħa li qegħdin fiha dwar jekk il-perjodu tal-għeluq tal-iskejjel għandux jiġi estiż.

Illum qed inhabbru, wara konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tas-saħħa, l-perjodu ta’ għeluq tal-iskejjel, childcare centres, kif ukoll l-istituzzjonijiet edukattivi kollha se jiġi estiż. Continue reading