NHAR IL-ĠIMGĦA 14 T’OTTUBRU is-Sur Jamie Muscat, għalliem tal-edukazzjoni fiżika, mexxa żewġ sessjonijiet ta’ logħob organizzat fuq it-turf fl-okkażjoni tal-European Sports Week. Iż-żewġ gruppi kienu magħmula mit-tfal tal-ewwel snin tal-primarja u mit-tfal tal-aħħar snin tal-primarja. Dawn ħadu gost jilagħbu diversi logħbiet ippreparati għalihom fi stazzjonijiet differenti taħt il-gwida tas-Sur Jamie u l-għalliema tagħhom. L-entużjażmu tagħhom kien jixhed l-impenn li wrew dawn it-tfal u anke l-gost li ħadu b’din l-esperjenza.
Fl-iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli qed nippromwovu l-eżerċizzju fiżiku billi t-tfal mhux biss ikollhom lezzjonijiet ta’ edukazzjoni fiżika mill-għalliem speċjalizzat, iżda anke lezzjonijiet oħra fl-apert flimkien mal-għalliema tagħhom li jsiru fuq bażi regolari – kemm jista’ jkun kuljum. Dan minbarra ż-żewġ brejks li fihom it-tfal ikollhom aċċess għal waħda mill-erba’ btieħi tal-iskola tagħna.