L-Iskola Primarja tar-Rabat tippublika it-tieni edizzjoni tal-magażin onlajn Tbissima

L-Iskola Primarja tar-Rabat, fi ħdan il-Kulleġġ San Nikola, ippublikaw it-tiena ħarġa tal-magażin onlajn, ‘Tbissima’. Tistaw issibu informazzjoni dwar ix-xogħol tal-istudenti matul din is-sena – Il-Covid ma waqqafx il-ħidma tal-edukaturi dedikati f’din l-iskola! Fost oħrajn hemm ukoll deskrizzjoni tal-attivitajiet relatati mal-Progett tal-Erasmus, ‘Teaching Literacy and Numeracy Through Coding and Robotics’; kif ukoll informazzjoni dwar l-attivitajiet li saru matul is-sena, mill-Kindergarten sas-6 sena. Ringrazzjament speċjali imur għal Ms. Muscat u Ms. Zammit, assistenti kapijiet, li kienu involuti direttament fil-produzzjoni ta’din il-magażin. Proset kbira lill-edukaturi u lill-istudenti tax-xogħol siewi li għamlu tul din is-sena!

Ikklikja fuq dan il-link sabiex tara il-magażin onlajn – Tbissima Numru 2