Id-Dipartiment tal-Malti fi ħdan id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar flimkien mal-Għaqda tal-Għalliema tal-Malti jistiednu lil dawk kollha li jgħallmu l-Malti għal seminar dwar il-proċess tal-kitba. L-għalliema se jkollhom l-opportunità li jisimgħu taħdita dwar dan il-qasam u jieħdu sehem f’diskussjoni.
Data: Id-19 ta’ Novembru 2022
Ħin: Mid-9 ta’ filgħodu sa nofsinhar
Post: Iċ-Ċentru għall-Konferenzi, Dar il-Ħanin Samaritan, Santa Venera
Dawk kollha interessati għandhom jirreġistraw billi jimlew din il-formola https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSfv1nQVSJtgzGMxpi5lsJ742e6BSEswe2-OLIYK6m5N1h7nxw/viewform u jibagħtu l-ħlas tagħhom kif indikat fuqha.Għal aktar informazzjoni tista’ tħalli messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Għaqda Għalliema tal-Malti fuq https://www.facebook.com/ghghmlt/.
