It-Tlieta,18ta’ Ottubru 2022, id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar se jorganizzaw attività biex ifakkru l-poeta nazzjonali. Din l-attività se ssir ġewwa l-Imdinau se jkollha rabta diretta mas-sillabu l-ġdid tad-9 sena fis-Sekondarja. Se ssirattività interattiva bil-poeżija ‘Univers Ieħor’biswit il-Katidral tal-Imdina. Mhux biss se jitgħallmu l-poeżija b’mod interattiv iżda wkoll se joħorġu l-aspetti bijografiċi tal-poeta.Se ssir ukoll żjara fil-mużew tal-Katidralfejn se jżuru l-kamra ddedikata lil Dun Karm. Wara se jintwera filmat fuq il-poeta nazzjonali, Dun Karm, u jsir kwiżż bejn l-istudenti.
L-istudenti se jkollhom ukoll l-opportunità unika li jżuru l-mużew tal-arkivji, fejn se jintwerew materjal antik konness ma’ Malta udokumenti li fihom kliem jew kitbiet antiki bil-Malti. L-attività għandha tieħu madwar sagħtejn. Matul il-ġurnata se jsiru ŻEWĠ sessjonijiet; fid-9.15 (tliet skejjel) u fil-11.00 (tliet skejjel). Il-kapijiet tal-iskejjel huma mħeġġa jibagħtu rappreżentanti tal-iskola tagħhom billi jiktbu lis-Sur Carlston Grima fl-indirizz elettroniku carlston.grima@ilearn.edu.mt. Kull skola hija mitluba li tibgħat klassi waħda biss u li tingħażel sessjoni meta se jattendu. Se jiġu aċċettati l-ewwel SITT skejjelli japplikaw.
Ikklikja hawn sabiex tiddawnlodja aktar informazzjoni dwar Dun Karm Psaila:
