Kompetizzjoni ghat-tfal tal-ħames sena ta’ San Nikola – Biex innessu ftit mid-dwejjaq ta’ bħalissa, l-Kulleġġ San Nikola qiegħed jistieden lill-istudenti kollha tal-Ħames Sena biex ikunu kreattivi u joħolqu proġett żgħir bit-tema: Inħobb nattendi l-iskola anki waqt il-Covid. Tistgħu tpinġu; toħolqu posters; tikkrejaw vidjow oriġinali b’xi kant jew reċtar bl-istess tema; basta mhux itwal minn 10 sekondi. Data tal-għeluq: 26 ta’ Frar 2021. L-affarijiet jittelgħu hawn: https://tinyurl.com/4byuj24u.
Segwu aktar updejts ta’din il-kompetizzjoni billi iżżuru il-paġna tal-Kulleġġ San Nikola fuq Facebook: https://www.facebook.com/stnicholasmalta.
