Ġorġ Mallia Joħroġ Ktieb b’Xejn għat-tfal li ma jistawx jattendu l-Iskejjel

Screen Shot 2020-04-01 at 20.23.06

L-iskejjel ta’ Malta u Għawdex ingħalqu kollha minħabba l-imxija ta’ virus ikrah li qed jinfetta l-pajjiżi kollha tad-dinja. Melanie u Karl ukoll jispiċċaw maqfulin id-dar mal-ġenituri tagħhom, ma jafux x’se jaqbdu jagħmlu b’ħinhom, għalkemm Melanie tħobb ħafna l-qari. Tirrakkonta l-istorja li qed taqra lil ħuha… dwar tifla jisimha Katie, li tixtri ktieb antik li, iżda, ma għandu l-ebda kitba fih. Imma l-ktieb jgħannilha u jeħodha post ‘l hemm mid-dinja tagħna.Imbagħad, f’daqqa waħda, Katie u l-ktieb qadim tagħha jżuru lil Melanie. U hemm tibda storja mimlija fantasija li fiha t-tfal iħabbtu wiċċhom ma’ perikli u ġrajjiet fantastiċi. U jitgħallmu xi ħaġa dwarhom infushom li żgur qatt ma kienu jafuha.

Ktieb miktub apposta mill-awtur u illustratur Ġorġ Mallia biex jingħata b’xejn f’forma elettronika bħala rigal lit-tfal Maltin u Għawdxin kollha li jinsabu d-dar minħabba fl-għeluq tal-iskejjel. Ikklikja fuq dan il-link sabiex taqra il-ktieb:

L-Avventura ta’Melanie u Karl