Fit-13 ta’ Marzu, il-Kulleġġ tagħna kien irrepreżentat waqt attivita’ organizzata mill-Ife – Il-Benesseri fl-Iskejjel (Be Well Campaign). Attendew rappreżentanti tal-Kulleġġi – studenti mill-iskejjel Primarji, Medji u Sekondarji, kif ukoll edukaturi. Il-ġurnata infetħet b’diskors tac-CEO is-Sa Joanne Grima. Warajha tkellem ukoll il-Ministru tal-Edukazzjoni l-Onorevoli Clifton Grima. Attendiet ukoll il-Kummisarju tat-Tfal is-Sa Antionette Vassallo.
L-istudenti tal-iskola Medja u Sekondarja kienu nvoluti fi grupp tal-Arti, filwaqt li l-istudenti tal-iskejjel Primarji kienu involuti fi grupp taż-żfin. Matul il-ġurnata l-istudenti kienu involuti ukoll f’workshops fejn dawn setgħu jiddiskutu il-Benesseri (Well-Being) fl-iskejjel tagħhom. Kellhom anke l-opportunita’ li jagħtu preżentazzjoni dwar dak li tkellmu fuqu.
Programm ta’Attivitajiet

Parteċipanti (Studenti)
Skola Primarja Rabat – Leah Zammit, Gabriel Vella Cassia, Lisa Buhagiar
Skola Medja Rabat – Thea Sammut, Neil Grima
Skola Sekondarja Dingli – Emilee Camilleri, Charlotte Smith
Parteċipanti (Edukaturi)
Deborah Montebello – Assistent Kap, Skola Primarja Mtarfa
Suzanne Camilleri – Kap tad-Dipartiment, Skola Medja Rabat
Jeffrey Zammit – Uffiċjal Edukattiv tal-Kurrikulu